Il-vjolenza domestika
Il-vjolenza domestika huwa suġġett delikat ħafna fejn saħansitra, għajnuna qiegħda tiġi pprovduta sabiex dawn in-nies jkunu jistgħu jitkellmu fuq il-problemi li jkunu għaddejjin minnhom personalment. l-għajnuna sabiex persuna jitkellem fuq dil-problema serja kibret ħafna, bis-sit fondazzjoni għas-servizzi soċjali jipprovdu l-għajnuna meħtieġa fuq ħafna setturi differenti.
Il-vjolenza domestika tista sseħħ meta persuna jattakka lill-persuna oħra b'mod fiżiku u kif ukoll verbalment. Dak li jkun forsi kien jaħseb li l-vjolenza domestika ssir biss meta persuna jattakka jew jabbużżza min persuna oħra, pero verbalment tista ssir ukoll għalhekk hija importanti li meta persuna jkun qiegħed jiġi mgħajjar jew mhedded jitkellem minnufih.
Hemm ukoll l-abbuż ekonomiku li jseħħ meta persuna tiġi mwaqqfa mill-istudju tagħha kif ukoll mill-impjieg , jittieħdula xi flus mill-paga personali u nuqqas ta' ikel lejn il-vittma. Dawn huma ħafna mill-fatturi li persuna t'esperjenza meta tkun għaddejja min dan it-tip ta' vjolenza. Skont ir-rapport mħarreg min TVMNEWS, l-ammont ta' vjolenza domestika naqset malli faqqat il-pandemija tal- Covid 19. Skont il-professur Alfred Grixti , il-vjolenza domestika tonqos drastikament matul is-sajf minħabba li in-nies joħorgu jiddevertu u jirrilassaw.
Dan l-aħħar , ħafna min-nies qiegħdin jiġu konxji dwar dan is-suġġett fejn kien hemm nuqqas kbir min nies jigu stmati ta' vittma. Pero, il-ministru tal-ġustizzja soċjali ikkonfermaw li ma rawx żieda f'dan is-settur, speċjalment mill-pandemija l'għawn.
Comments
Post a Comment