Posts

Il-vjolenza domestika

 Il-vjolenza domestika huwa suġġett delikat ħafna fejn saħansitra, għajnuna qiegħda tiġi pprovduta sabiex dawn in-nies jkunu jistgħu jitkellmu fuq il-problemi li jkunu għaddejjin minnhom personalment. l-għajnuna sabiex persuna jitkellem fuq dil-problema serja kibret ħafna, bis-sit fondazzjoni għas-servizzi soċjali jipprovdu l-għajnuna meħtieġa fuq ħafna setturi differenti.  Il-vjolenza domestika tista sseħħ meta persuna jattakka lill-persuna oħra b'mod fiżiku u kif ukoll verbalment. Dak li jkun forsi kien jaħseb li l-vjolenza domestika ssir biss meta persuna jattakka jew jabbużżza min persuna oħra, pero verbalment tista ssir ukoll għalhekk hija importanti li meta persuna jkun qiegħed jiġi mgħajjar jew mhedded jitkellem minnufih. Hemm ukoll l-abbuż ekonomiku li jseħħ meta persuna tiġi mwaqqfa mill-istudju tagħha kif ukoll mill-impjieg , jittieħdula xi flus mill-paga personali u nuqqas ta' ikel lejn il-vittma. Dawn huma ħafna mill-fatturi li persuna t'esperjenza meta tkun għa...